​Il-Belt Valletta vvutata l-ħames l-aħjar belt fid-dinja

Lonely Planet tqis lill-Belt Valletta bħala l-ħames l-aqwa belt fid-dinja biex wieħed iżurha s-sena d-dieħla.
Din l-awtorità dinjija fil-qasam tal-ivvjaġġar għadha kemm ħabbret l-aqwa għaxart ibliet fid-dinja li skont hi għandhom ikunu fil-lista ta’ destinazzjonijiet ta’ dawk li qed ifittxu fejn se jmorru fuq btala s-sena d-dieħla.
Il-lista ġiet ippubblikata fir-riviżta annwali tagħha Best in Travel 2015.
Paul Bugeja, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qal li din ir-rakkomandazzjoni hi pożittiva ħafna għal Malta hekk kif issaħħaħ l-istrateġija għax-xitwa tal-awtorità, li tippromwovi lil Malta bħala d-destinazzjoni ideali għal btajjel kulturali u btajjel qosra.