Il-Belt Valletta tilqa’ lura l-vara ta’ San Duminku

Flimkien ma’ diversi restawr li qed jagħmlu d-Duminikani Beltin din is-sena rrestawraw u nadfu l-vara flimkien mal-pedistal.
Fl-aħħar xhur id-Dumnikani għamlu għadd ta’ proġetti ta’ restawr fosthom fil-ġenb tal-bazilika, kampnari u l-koppla u anki   l-pitturi ta Guzeppe Cali.
Il-vara ta’ San Duminku ġiet skolpita minn skultur mhux magħruf. Xi studjużi jsostnu li din tista’ tkun xogħol Spanjol. Hija maħduma fuq stil Barokk u tissemma l-ewwel darba fl-1687 u jidher li min dak iż-żmien dejjem baqgħet tintuża għall-purċissjoni tal-festa fil-Belt Valletta.
Il-Beltin se jkunu qed jilqgħu lura l-istatwa ta’ San Duminku llum biex bħal-lum ġimgħa terġa’ toħroġ mill-Knisja għall-festa tal-Qaddis.