Il-Belt Valletta se ddewqek l-inbid tagħha

Tnieda l-ewwel edizzjoni tal-inbid kommemorattiv ta’ Valletta 2018.
L-inbid li tnieda, b’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Valletta 2018 u Marsovin se jkun wieħed minn tliet marki privati ta’ inbid li se jikkommemora t-titlu storiku tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Tnejn minn dawn l-inbejjed se jinħarġu din is-sena filwaqt li t-tielet wieħed se joħroġ fl-2018
It-tliet inbejjed se jkunu fil-kategorija ‘La Valette Premium Selection’ fejn it-tim tal-produzzjoni tal-inbid ta’ Marsovin għażel għeneb tal-iprem kwalità u ċċertifikat D.O.K. mill-artijiet tal-fabbrika tal-inbid stess biex jipproduċi din l-edizzjoni speċjali ta’ inbejjed.
L-inbid jitħalla iktar minn 18-il xahar fi btieti tal-ballut u dan jagħtih potenzjal sostenibbli li jeqdiem.
L-ewwel Edizzjoni ssir minn għeneb li huwa 100% Cabernet Sauvignon.
Id-disinn tat-tikketta huwa ispirat minn żewġ elementi preżenti ħafna fil-kapitali ta’ Malta li huma l-gallarija tipika Maltija u t-tinqix fil-ġebel li jżejjen il-ħitan tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
L-inbid se jkun għall-bejgħ mill-ħwienet kollha u mill-Kantini ta’ Marsovin. 
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq: 23662401 / 23662445 jew billi tibgħat email.
Ritratt: Chris Farrugia