Il-Belt Valletta fost l-isbaħ 20 sit ta’ Wirt Storiku Dinji fuq CNN

Rapport fuq CNN Traveller jelenka l-Belt Valletta fost l-isbaħ 20 sit ta’ Wirt Storiku Dinji madwar id-dinja kollha. Il-UNESCO s’issa iċċertifikat 962 post madwar id-dinja li huma ta’ Wirt Storiku Dinji.

Ic-CNN ukoll irraporta li student Ċiniż u negozjant Taljan se jżuru dawn is-siti kollha bi vjaġġ li se jiswa mal-€1.2 miljun. Din qed titqies bħala l-iktar btala li tiswa flus.

Fil-madwar 1,000 post li se jżuru se jaraw fdalijiet ta’ ċiviltajiet antiki, l-eko-sistema ta’ taħt il-baħar u arkitettura moderna.

Il-Belt Valletta hija fost l-20 sit ta’ Wirt Storiku Dinji, li s-CNN tqis li għandhom ikunu fost il-favoriti ta’ dawn iż-żewġ turisti sinjuri.

Kull sena, il-UNESCO żżid madwar 25 sit ġdid li tqis li għandhom ‘valur universali partikolari’. 

Ara r-rapport tas-CNN: 20 of the world's most beautiful World Heritage Sites.