Il-Belt Valletta fi ftehim għal żvilupp ekonomiku mas-suq Ċiniż

Is-Sindku tal-Belt Valletta Dr Alexiei Dingli attenda għal konferenza World Tourism Cities Federation f’Beijing fiċ-Ċina.

It-tema tal-laqgħa kienet “Tourism Makes City Life Better” bil-għan li ssir promozzjoni ekonomika u żvillup soċjali fl-ibliet turistiċi madwar id-dinja. Sistema t’evalwazzjoni kif ukoll attivatijiet fis-suq turistiku huma miri li jġibu prosperità u aktar vantaġġi fis-servizzi li joffru WTCF.

Matul din il-laqgħa ġie ffirmat ftehim mal-Belt Valletta sabiex tiġi assigurata l-ko-operazzjoni mas-suq Ċiniż. Dan mistenni jsaħħaħ ir-rabta bejn iż-żewġ ibliet.

Is-segretarju ġenerali tal-federazzjoni non-governattiva, Lu Yong, qal li x-xogħol tal-federazzjoni hu li jgħin l-ibliet, kif ukoll itejjeb ir-relazzjonijiet ta’ kumpaniji f’pajjiżi differenti.

Dr Dingli esprima s-sodisfazzjon għal fatt li l-Belt Valletta ngħaqdet mal-WTCF, flimkien m’ibliet oħra bħal Londra, Dubai u Washington D.C. fost oħrajn. Qal li dan il-ftehim jassigura li l-Belt tkun qed tieħu deċiżjonijiet flimkien mal-ibliet membri, u fl-istess ħin jippromovu l-Belt fis-suq internazzjonali.

Huwa tkellem ukoll dwar Valletta 2018: Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura, u l-importanza tagħha fuq kuntest globali.