Malta 80 sena ilu f’wirja ta’ ritratti

F’Mejju tal-1935, f’Malta ġie ċċelebrat il-Ġublew tal-Fidda tar-Re George V.
Wara 80 sena, l-Bank APS qed jerġa’ jfakkar dawn il-mumenti storiċi ta’ Malta b’wirja fotografika bl-għan li xxerred il-wirt Malti li wassal għall-iżvilupp tas-soċjetà Maltija fis-sekli li għaddew. 
Din il-wirja tinkludi 25 ritratt, meħudin f’Malta li juru ċ-ċelebrazzjonijiet li kien hawn bejn il-5 u t-12 ta' Mejju, 1935.
Skont iċ-Ċermen tal-Bank APS, “dawn ir-ritratti jwaqqfu l-arloġġ għal numru ta' avvenimenti li seħħew fl-istorja riċenti ta' Malta”.
Il-wirja li ġġib l-isem The Calm before the Storm qed issir fil-kwartieri tal-APS fis-Swatar u tkun miftuħa għall-pubbliku bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa bejn it-8:30am u s-1:00pm, kif ukoll is-Sibt bejn it-8:30am u l-11:00am.

Ritratti: Arkivji Nazzjonali ta’ Malta