Il-Belt Valletta: 73 ħanut jistgħu joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet

Fil-Belt Valletta hemm 73 stabbiliment li għandhom permessi li joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.

Il-Ministru Borg qal li skont kif ġie infurmat mir-rekords tal-Awtorità tal-Artijiet, dan l-ammont jeskludi applikazzjonijiet li għadhom fil-proċess biex jiġu evalwati t-talbiet.

Madanakollu Dr Borg ma weġibx għall-mistoqsijiet biex jagħti l-isem tal-istabbilimenti u t-triq li jinsabu fihom.

Fil-Belt l-aktar li jfaqqsu l-imwejjed u s-siġġijiet fit-triq

F’5 snin jisplodu l-applikazzjonijiet għall-imwejjed u s-siġġijiet fit-triq

Jippretendu lin-nies jimxu f’nofs ta’ triq fil-Gżira – Cacopardo