Il-Belt tiżfen, tirreċta u tkanta

Il-festival internazzjonali tal-Arti 2017 se jvarja minn żfin għal teatru, għal serati li jwaħħdu flimkien il-mużika mal-letteratura, kunċerti u spettakkli.
Fl-inawgurazzjoni, id-Direttur Artistiku tal-Festival Michelle Castelletti, spjegat li fost l-attivitajiet hemm kunċert live waqt li jintwera l-film Under the Skin ta’ Jonathan Glazer.
Il-Big Band Brothers u Mnozil Brass se jkun qed jagħtu wirja wkoll.
L-awtur Trevor Zahra se jtella’ metamorfosi, li hi msejsa fuq it-traġedja Griega ta’ Ovid.
Dr Castelletti spjegat li din is-sena l-innovazzjoni ta’ VALLETTA 2018 se tkun Balzunetta Towers, cabaret teatrali kontemporanju, dwar l-oħt iktar imqarrba ta’ Strada Stretta.
L-Orkestra Nazzjonali wkoll se tieħu sehem bi tliet kunċerti differenti.
It-12-il edizzjoni tal-Festival se ssir madwar il-Belt Valletta bejn id-29 ta’ Ġunju u s-16 ta’Lulju.