Il-belt ta’ Wuhan iżolata minħabba l-virus misterjuż

A woman adjusts her mask to prevent an outbreak of a new coronavirus at the Hong Kong West Kowloon High Speed Train Station, in Hong Kong, China January 23, 2020. REUTERS/Tyrone Siu

L-awtoritajiet Ċiniżi waqqfu t-trasport pubbliku kollu minn u lejn Wuhan, il-belt Ċiniża ta’ 11-il miljun persuna fejn feġġ virus misterjuż li s’issa kkawża l-mewt ta’ 17-il persuna.

Apparti minhekk ir-resident tal-belt kienu avżati biex ma jivjaġġawx u hemm kontrolli stretti mad-dħul u ħruġminn Wuhan.

Apparti dawk mejta, hemm mas-600 persuna  rikoverati l-isptar minħabba dan il-virus.

Miżuri ta’ kontroll kienu installati f’diversi ajruporti internazzjonali madwar id-dinja għal titjiriet ġejjin miċ-Ċina. Dan hekk kif kien hemm diġa diversi rapport ta’ nies infettati b’dan il-virus li għalissa m’hemmx kura ghalih.

Il-kriżi feġġet fi żmien delikat hekk kif miljuni ta’ Ċiniżi jibdew jivjaġġaw minħabba s-Sena Ġdida Ċiniża.

L-Organizazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO), din il-ġimgħa kellha laqgħa ta’ emerġenza dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina u filwaqt li qalet li kienet b’seba’ għajnejn fuq is-sitwazzjoni, għalissa ma’ kienitx se toħroġ alert internazzjonali dwar is-sitwazzjoni imma dan jista’ jinbidel skont kif tkun qed tevolvi s-sitwazzjoni. 

Il-WHO faħħret il-miżuri li qed tadotta ċ-Ċina wara li fil-passat f’każijiet simili, iċ-Ċina kienet kaxkret saqajha u anki ħbiet il-kobor tal-kriżzi bħal ma’ kien ġara snin ilu meta feġġ il-virus tas-SARS fiċ-Ċina, virus simili għal dan li feġġ issa f’Wuhan.