Il-Belt ta’ Raqqa tinħeles mill-ISIS

Alleanza ta’ ġellieda Sirjani Kurdi u ġellieda Għarab li għandha appoġġ mill-Istati Uniti qalet li ħadet kontroll sħiħ tal-Belt ta’ Raqqa li xi darba kienet il-kapitali tal-ISIS.
Kelliem għall-Forzi Demokratiċi Sirjani Talal Sello qal li wara assalt li ilu għaddej erba’ xhur, il-ġlied issa waqaf.
Madanakollu, il-ħidma tal-forzi se tkompli għadejja biex jekk ikun fadal xi gruppi tal-Jihad jew xi tip ta’ splussiv, dawn jiġu eliminati.
Il-midja internazzjonali qed tgħid li stqarrija uffiċjali b’dikjarazzjoni tar-rebħa tal-Belt hija mistennija li ssir daqt.
Bl-aħħar snin, l-ISIS użat il-Belt ta’ Raqqa biex taqta’ l-irjus, issallab, u tittortura lil kull min ma kienx jaqbel mat-tmexxija tagħha.