Il-belt ta’ Kobane terġa’ tgħaddi f’idejn il-Kurdi

Fis-Sirja komplew l-attakki mdemmija bejn il-militanti iżlamiċi u l-Kurdi b’dawn ta’ l-aħħar jieħdu mill-ġdid f’idejhom il-belt ta’ Kobane.
Huwa rrappurtat li fl-aħħar jiem, mal-164 persuna nqatlu mill-militanti tal-Istat Iżlamiku f’Kobane.
L-Osservatur Sirjan għad-Drittijiet Umani qal li fuq il-fruntiera ta’ Ghwyran fix-Xlokk tal-belt ta’ Hasaka għadu għaddej il-ġlied bejn il-Jihadisti u l-membri miltari Kurdi.
Eluf ta’ Għarab, Kurdi u Nsara qegħdin jaħarbu mis-Sirja f’tentattiv iddisprat li jsalvaw mill-attakki.