Il-Belġju lura f’lockdown

Read in English.

Il-Belġju għal darb’oħra qed jimponi miżuri restrittivi stretti hekk kif l-infezzjonijiet tal-coronavirus, id-dħul fl-isptarijiet u l-imwiet kollha qiegħdin jiżdiedu.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa filgħaxija, ħabbar il-Prim Ministru Alexander De Croo ħabbar il-miżuri li se jkunu mifruxa mal-Belġju kollu.

Fost il-miżuri hemm li t-teleworking isir obbligatorju. Jekk ma jkunx possibbli li taħdem mid-dar, l-użu tal-maskra fuq il-post tax-xogħol huwa obbligatorju u l-ventilazzjoni għandha tkun garantita.

L-iskejjel kollha se jibqgħu magħluqa sal-15 ta’ Novembru hekk kif min nhar it-Tnejn it-tfal għandhom ġimgħa vaganza ppjanata li ġiet estiża b’ġimgħa oħra. Wara dawn il-ħmistax, it-tfal fil-kindergartens u fl-iskejjel primarji se jitħallew jattendu l-iskola b’mod normali. Skejjel sekondarji fit-tieni u t-tielet gradi se jipprovdu tagħlim mid-dar għal nofs l-istudenti tagħhom filwaqt li n-nofs l-ieħor se jattendi fl-iskola.

Il-korsijiet universitarji se jsiru prattikament online mill-inqas sa l-1 ta’ Diċembru. Wara dan, l-istudenti tal-ewwel sena jitħallew jattendu fuq il-kampus.

Ħwienet mhux essenzjali, inklużi parrukkiera, jagħlqu mit-Tnejn.

Il-funerali jistgħu jsiru sa 15-il persuna mingħajr ċerimonja wara.

Il-Ministru għas-Saħħa Belġjan Frank Vandenbroucke qal li “dan se jwaqqaf il-ħajja soċjali għal kollox. Dan huwa diffiċli, dak huwa il-lockdown.”

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħaxija, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen wissiet li jekk ma nieħdux azzjoni malajr, l-imxija tal-virus se jwassal lis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna f’punt li ma jistgħux ilaħħqu aktar.