​Il-Belġju għalqu l-kwadru tal-kwarti tal-finali

Kevin De Bruyne fit-93 minuta u Romelu Lukaku fil-105 minuta, taw ir-rebħa tard f’partita mill-aktar eċċitanti li l-Belġju kellhom mal-Istati Uniti tal-Amerka.
L-Amerikani kellhom logħba kbira bis-sehem tal-gowlkiper Tim Howard li kellu mhux anqas minn ħmistax-il salvataġġ, megħjun mid-difensur Matt Besler.
Fil-107 minuta, iż-żagħżugħ Amerikan ta' dsatax-il sena Julian Green b’volley mill-isbaħ, skurja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu.
B’hekk dawn huma l-logħbiet li se jkollna fil-kwarti tal-finali:
Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju
6pm Franza vs Ġermanja
10pm Brażil vs Kolombja
Is-Sibt 5 ta’ Lulju
6pm Arġentina vs Belġju
10pm Olanda vs Kosta Rika