Il-Belġju fuq allert għal attakk terroristiku fil-15 ta’ Jannar

Il-Belġju żied l-allert tiegħu kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari minħabba biża’ ta’ attentat fil-15 ta’ Jannar.
Il-jum jaħbat l-ewwel anniversarju mill-qtil ta’ żewġ terroristi li kienu qed jippjanaw attakk fil-Belġju stess.
B’rabta mal-aggressjoni tal-bieraħ f'għassa tal-Pulizija f'Pariġi, għadha misteru l-identità tar-raġel minħabba karta misjuba fil-but ta’ ħwejġu li fuqha hemm imniżżla ismijiet differenti minn dawk li kien ta lill-Pulizija meta kien twaqqaf għal serq fl-2013.