​Il-Belġjani mwissija jevitaw folol minħabba theddida terroristika

Il-belt kapitali Belġjana Brussell għolliet il-livell ta’ allert, hekk kif rapporti tal-intelliġenza qed iwissu dwar theddida terroristika imminenti.
Is-servizz tat-trasport ta’ taħt l-art fi Brussell mhux se jaħdem għada l-Ħadd filwaqt li l-pubbliku qed jiġi avżat biex jevita folol, fosthom ċentri tax-xiri u kunċerti.
Huwa maħsub li t-terrorista li għadu maħrub wara l-attakki f’Pariġi ta’ ġimgħa ilu, mar lura fil-Belġju. 
Ilbieraħ il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Maqgħuda approva b’mod unanimu riżoluzzjoni sabiex jiġu irdoppjati l-azzjonijiet kontra l-Istat Iżlamiku.