Il-Belġjani dalwaqt b’pipeline tal-birra!

Biex inaqqsu t-trakkijiet tal-birra mit-toroq ta’ Bruges fil-Belġju, l-awtoritajiet se jagħmlu pipeline ta’ 3 kilometri li jista’ jġorr sa 6,000 litru ta’ birra kull siegħa.
Dan se jwassal biex madwar 500 tanker jitneħħew mit-toroq.
Minkejja li hemm il-biża’ li n-nies jisirqu l-birra mill-pipeline, l-imħuħ wara l-pipeline jinsabu kunfidenti li l-birra se tkun sigura. Dan minħabba li l-pipeline huwa f’saħħtu aktar minn pajp tal-azzar.
Il-bini tal-pipeline mistenni jibda aktar tard din is-sena.