X’se jiġri mill-bejjiegħa tal-monti f’Għawdex?

Il-Gvern jinsab f’diskussjoni mal-bejjiegħa tal-monti tar-Rabat Għawdex dwar ir-rilokazzjoni tagħhom.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal fil-Parlament li permezz tal-Ministeru għal Għawdex qed jiddiskuti numru ta’ alternattivi għar-rilokazzjoni tal-monti peress li l-post il-ġdid li ngħataw ma ntogħġobx mill-bejjiegħa.

Fost il-proposti hemm dik li jagħti kumpens lill-bejjiegħa li jroddu lura l-liċenzja biex b’hekk jiċċekken is-suq u jibqa’ fejn hu.

Il-Ministru kien qed iwieġeb għal mistoqsija supplementari tad-deputat Nazzjonalista David Stellini.