Il-bejgħ tal-propjetà jlaħħaq it-€300 miljun f’Awwissu – MDA

Read in English.

Informazzjoni preliminari qed turi li Awwissu tal-2020 kien l-aħjar xahar għall-industrija tal-propjetajiet meta kkumparat ma’ xhur simili fl-aħħar erba’ snin. Skont l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin (MDA) kien hawn aktar minn 1,300 wiegħda ta’ bejgħ iffinalizzati u rreġistrati mal-awtoritajiet li bejniethom jaqbżu l-valur ta’ €300 miljun.

L-MDA qalet li dan huwa t-tieni xahar konsekuttiv li ra żieda fin-numru ta’ reġistrazzjonijiet ta’ bejgħ. Qalet ukoll li l-industrija tal-propjetajiet hija fost l-aktar attivitajiet ekonomiċi reżiljenti minkejja d-daqqa ta’ ħarta li ħadet l-ekonomija minħabba l-coronavirus.

L-MDA sostniet li dan ifisser li l-pubbliku qed jirrikonoxxi l-valur li jinvesti fil-propjetà bħala investiment fil-futur. L-assoċjazzjoni ħadet il-kreditu għar-riżultati u qalet li l-proposti tagħha, implimentati mill-gvern fil-baġit relatat mal-coronavirus, qed jirriżultaw bħala pass ekonomiku tanġibli għat-tisħiħ tal-ekonomija fil-pajjiż.

L-MDA talbet il-gvern biex jassigura li aktar proposti li tissuġġerixxi hi jkunu introdotti fil-baġit li jmiss. Intant, il-Prim Ministru Robert Abela rreaġixxa għal din l-aħbar u qal li l-gvern qed jirnexxielu jikkrea ġenerazzjoni ġdida ta’ sidien tad-djar.

Bħal Ġunju u Lulju, Awwissu kien xahar rekord ta’ ffirmar ta’ konvenji għal xiri ta’ propjetajiet.Ġew iffirmati 4,088…

Posted by Robert Abela on Monday, September 7, 2020