L-immigrazzjoni mhix problema ta’ Malta – Abela

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Immigrazzjoni mhix problema ta’ Malta iżda hi problema tal-Unjoni Ewropea.

Meta kien qed jitkellem f’attività politika f’Ħal Qormi, Abela sostna li fil-laqgħat tiegħu fi Brussell, ħareġ il-messaġġ b’saħħtu li l-burden-sharing mhux qed jaħdem u l-problema tal-immigrazzjoni mhix ta’ Malta.

Bl-istess mod, Abela qal li mhux se jaċċetta tnaqqis fil-fondi ewropej minkejja li l-iżvilupp ekonomiku li għaddej minnu l-pajjiż minħabba li issa dieħel għall-sfidi ġodda fosthom fl-ambjent.  Huwa qal li n-negozjati se jkomplu fl-20 ta’ Frar.

Abela qal li mhux se jneħħi l-iskema tal-bejgħ tal-Passaporti (Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment) minħabba li kienu l-istess esponenti tal-PN li tkellmu miegħu li tneħħija ta’ dan il-programm ma kienx fl-interess nazzjonali.

Huwa fisser li għalhekk mhux se jisma’ mill-parir li tah il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Dwar il-kuntratt tal-Vitals, Abela stqarr li f’waħda mid-deċiżjonijiet li ħa bħala Prim Ministru kien li jaħtar kumitat magħmul mill-ministru tas-Saħħa u dak tal-Finanzi biex jingħata ‘stock take’ tas-sitwazzjoni u kuntratti li daħlu fis-seħħ.

Huwa qal li kien diżappuntat bir-reazzjoni tad-delegazzjoni tal-PN fil-parlament ewropew u n-negattvità li uriet dik il-persuna li qed taspira li tieħu taħt idejha t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista (b’referenza għal Roberta Metsola).