Il-bejgħ tal-karozzi Ewropej jonqos b’5%

F’Awwissu, il-bejgħ tal-karozzi Ewropej naqas b’5%, dan meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. Dan ħareġ minn stħarriġ maħruġ mill-Assoċjazzjoni tal-Manifattura tal-Karozzi Ewropej.  

B’kollox, kien hemm mas-653,872 karozza ġdida rrepistrata f’dan l-istess xahar.

L-unika tkabbir irreġistrat kien dak fir-Renju Unit, żieda ta’ 10.5%.

L-ikbar tnaqqis kien fil-karozzi tat-tip Peugeot, hekk kif il-bejgħ naqas bi 18%. Volkswagen, l-akbar manifattur tal-karozzi, ukoll ra tnaqqis ta’ 11%, filwaqt li BMW rat żieda ta’ 9.9%.