Il-Beefeater Pink f’Malta

Illum tnieda l-Beefeater Pink, l-espressjoni l-aktar riċenti u b’saħħitha tal-Beefeater, li hija l-marka tal-aktar gin ippremjat fid-dinja. Il-Beefeater Pink fih taħlita ta’ togħmiet naturali ta’ frawli, ċitru u tal-frott klassiku tal-juniper, u huwa gin delikat u rifreskanti, b’dehra vibranti bis-saħħa tal-kulur spikkanti tiegħu.

Il-Beefeater Pink huwa distillat u magħmul b’ħila esperta f’Londra mid-Distillatur Prim Desmond Payne MBE – pijunier tal-fama globali li għandu l-gin il-lum il-ġurnata. Payne kien ispirat mill-kreattività kurjuża tal-fundatur tal-Beefeater, James Burrough. Qabel sar distillatur, Burrough kien spiżjar, u għalhekk l-invenzjonijiet tat-taħlitiet tiegħu huma tabilħaqq sbieħ, u jinkludu gin tar-raspberry, cherry brandy, British brandy, l-hekk imsejħa ‘bitters’, u l-menta. Il-Beefeater ikompli jħaddan il-passjoni ta’ Burrough u jgħaqqad il-kwalità tas-sengħa mal-esperimentazzjoni f’gin b’togħma naturali ta’ frawli għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda ta’ dawk li jħobbu din ix-xarba.

Il-flixkun trasparenti nħoloq apposta biex minnu tidher aħjar il-vibrazzjoni naturali tal-gin. Il-logo bl-istil tal-graffiti kien ispirat mill-arti tal-istencil, u b’hekk il-Beefeater Pink qed joħroġ tajjeb il-kuntrast ta’ bejn it-tradizzjonali u l-modern, kif riflessi fl-ispirtu tal-belt ta’ Londra, li hija id-dar tal-Beefeater Dry Gin.

Eric Sampers, Brand Director għal Beefeater Gin, qal li, “Il-Beefeater Pink hu espressjoni ta’ dak li, fil-fatt, sar il-gin ta’ żmienna – kategorija moderna, vibranti, ikkulurita u innovattiva, li l-konsumaturi tagħha ma jibżgħux jisfidaw dak li hu klassiku u konvenzjonali. Il-Beefeater Pink huwa ddistillat f’Londra u jirrappreżenta din il-karatteristika tal-belt li tlaqqa’ l-konvenzjonali mal-modern.”

Il-Beefeater Pink jisserva l-aħjar mat-tonic water, il-luminata jew waħdu bis-silġ u bi ftit frawli friska mqattgħa, f’tazza tal-ħġeġ bis-sieq.

Il-kontenut ta’ dan l-artiklu ġie pprovdut mil-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni ta’ Simonds Farsons Cisk plc

Il-Beefeater Gin hu impurtat, irreklamat u mqassam mill-Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.