Il-bdoti tal-Air Malta jibdew jidħlu lura għax-xogħol

Il-Kumpanija Air Malta qalet li qed tagħmel dak kollu possibbli biex illum topera bl-iskeda normali tagħha.

Fi stqarrija, l-Air Malta sostniet li l-indikazzjonijiet juru li s-sitwazzjoni qed terġa’ lura għan-normal bil-mod, bil-bdoti jibdew jirrappurtaw għax-xogħol. 

Bħalissa, it-titjiriet qed joperaw skont l-iskeda, u aktar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni se jiġu pprovduti aktar tard matul il-ġurnata, skont il-ħtieġa.

Għal darb’oħra, l-Air Malta tiskuża ruħha għall-inkonvenjent li ħolqot lill-klijenti u qed tagħmel minn kollox biex l-operazzjonijiet jiġu lura għan-normal mill-aktar fis.

Il-kumpanija se tkun qed tipprovdi iktar informazzjoni fuq is-sit airmalta.com kif ukoll fuq il-paġni tagħha fuq Facebook u Twitter.