Il-bdoti lesti li titnaqqsilhom il-paga bin-nofs; l-Air Malta tirrifjuta

Photo: Facebook/Airmalta

Read in English.

Il-bdoti tal-Air Malta huma lesti li titnaqqsilhom il-paga bin-nofs bil-patt li ħadd minnhom ma jitkeċċa, iżda l-linja tal-ajru qiegħda tirrifjuta li tispjega għaliex ma tridx taċċetta din il-proposta.

Dan qalitu l-Assoċjazzjoni tal-Bdoti tal-Linji tal-Ajru (ALPA) ilbieraħ fi stqarrija.

Wara diskussjonijiet mal-unjin fuq kif jistgħu jitnaqqsu l-pagi fil-pandemija tal-coronavirus, li wasslet biex l-Air Malta topera żewġ titjiriet kuljum għall-kuntrarju tal-20 titjira li kienet tagħmel qabel, l-Air Malta kkonfermat li beħsiebha tkeċċi lil 108 bdoti mill-134 impjegati magħha. Il-kumpanija talbet lill-unjins kollha li jirrappreżentaw lill-impjegati tagħha biex jaqblu fuq salarju ta’ €1,200 fix-xahar għal dawk li xogħolhom mhuwiex meħtieġ bħalissa.

Il-108 bdoti kienu ngħataw perjodu ta’ notice li jiskadi llum, iżda l-ALPA nnutat li ftit jiem ilu, ġiet infurmata li l-Air Malta bħalissa għandha bżonn 62 bdot u mhux 26, kif intqal oriġinarjament. L-assoċjazzjoni żiedet li l-linja tal-ajru kienet dejjem qed titlob bidliet sostanzjali fil-ftehim kollettiv, titlob aktar klawżoli restrittivi dwar soluzzjoni għal dan in-nuqqas ta’ ftehim.

L-ALPA qalet ukoll li t-tibdil fil-pjanijiet tal-Air Malta sar magħruf wara li hija għamlet pressjoni fuq il-maniġment biex jgħidilha bil-pjan tan-negozju tiegħu fil-konfront tal-pandemija u għal wara li tgħaddi l-pandemija. L-ALPA lmentat li l-offerta tagħha testendi l-opportunità għal aktar ftehim bejn iż-żewġ naħat, iżda din ġiet irrifjutata mill-maniġment u l-ALPA ma setgħetx tifhem għaliex.

ALPA stqarret li donnu hemm xi elementi fi ħdan il-maniġment li jridu li d-diskussjonijiet bejniethom ma jaslu għall-ebda soluzzjoni. L-assoċjazzjoni wkoll hija intiża sabiex il-linja tal-ajru timplimenta pjan ta’ ristrutturar ċar għal wara li tgħaddi l-pandemija, sabiex tevita li jkollha sitwazzjoni ta’ wisq persuni fit-tmun.

L-assoċjazzjoni tenniet li l-kumpanija m’għandhiex tuża din il-pandemija bħala skuża biex taħrab mill-ftehim kollettiv li għandu jibqa’ fis-seħħ sal-2022.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn