Il-bdiewa se jkollhom aċċess aħjar għal 61 triq rurali

12-il entità se jkunu qed jirċievu fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex bejniethom itejbu 61 triq rurali ġdida.
Dawn it-toroq bejniethom ikopru aktar minn 270,000 metru kwadru, u se jittejbu primarjament għall-benefiċċju tas-settur agrikolu u l-komunitajiet tal-madwar.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Clint Camilleri, qal li din l-allokazzjoni ta’ fondi Ewropej, li tammonta għal €11.3 miljun, se tkun qiegħda b’mod effettiv tfisser aċċess aħjar għall-għelieqi u l-art tal-bdiewa u r-raħħala kif ukoll għall-membri tal-pubbliku li jiffrekwentaw dawn id-diversi żoni rurali.
Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, li saħaq li dan l-investiment juri li kulħadd qed igawdi mill-fondi Ewropej, inkluż bdiewa u raħħala li fl-aħħar xhur raw fondi Ewropej għat-toroq rurali, għall-ħitan tas-sejjieħ, għall-biedja organika, u anke għat-titjib tal-kwalità tal-ħamrija.
B’kollox se jirċievu l-fondi 1-il kunsill lokali u Transport Malta.
Dawn huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw: ta’ Ħ’Attard, Birżebbuġa, il-Gudja, l-Imġarr, Ħaż-Żabbar, u ż-Żebbuġ, Kerċem, l-Għarb, in-Nadur, Ta’ Sannat, u x-Xagħra.
Ritratti: DOI/MEAE_PS/MESDC_PS