Il-bdiewa f’Tal-Balal imwiegħda kumpens

Il-bdiewa li raw l-art tagħhom tittieħed mit-Trasport Malta għat-twessigħ
tat-triq f’Tal-Balal se jiġu kkompensati. Dan ħabbru il-Ministru għat-
Trasport Ian Borg fil-parlament għal mistoqsija parlamentari tad-deptutat
Nazzjonalista Jason Azzopardi. Il-Ministru qal li l-ħidma tal-Gvern sabiex jiġu ndirizzati numru ta’ ‘bottlenecks’ fuq toroq arterjali u distributorji qed issir b’rispett sħiħ lejn il-
liġijiet tal-pajjiż u għalhekk Awtorità tal-Artijiet u Infrastructure Malta, qed jiżguraw li l-każ ta’ espropji qed ikunu rispettati fl-intier tagħhom.

Dan jinvolvi l-approvazzjoni tal-istimi tal-periti fir-rigward tal-kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati, terminazzjoni ta’ qbiela fejn applikabbli u l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta tal-Gvern. F’Novembru li għadda waqt d-dibattitu fil-parlament dwar l-estimi tal-
Ministeru għat-trasport, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus kien qal li l-Gvern qed ireġġa’ l-arloġġ lura, meta Transport Malta tidħol fi propjetajiet tan-nies mingħajr avviż
ta’ xejn.
Callus saħaq li aħseb u ara kemm tkun ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni
tal-esproprju. Fisser kif dan ġara fil-każ tat-twessiegħ ta’ Triq il-Balal, fejn
bdiewa sabu l-ħitan tal-għelieqi tagħhom imwaqqa’ u l-inġenji ta’
Transport Malta fil-propjetà tagħhom.