Il-battalji tal-ħajja f’kanzunetta ġdida ta’ They Come in Twos

Il-grupp They Come in Twos illum ħareġ it-tieni single tiegħu – Through the Trenches (Into the light).
Il-kanzunetta li hi ddominata mill-ħsejjes tal-kitarri u drums, titratta battalja personali kontra l-ikbar ostakli  li wieħed jaffaċċja biex jikseb l-għan tiegħu.
They Come in Twos jikkonsisti minn Christian Farrugia u Paul Formosa, it-tnejn mix-Xagħra.
Il-band għandha l-ħsieb li toħroġ aktar kanzunetti fix-xhur li ġejjin.
Ritratt: Daniel Cassar Alpert