Il-bastiment Sea-Watch imur isalva 75 persuna; diġà kien salva 32

Chris Grodotzki / Sea-Watch.org

L-ekwipaġġ tal-bastiment Sea-Watch informa lit-32 persuna salvati mill-baħar li kienu fuq il-vapur li kellhom jmorru jsalvaw 75 persuna oħra.

Fuq Twitter, l-għaqda xerrdet ritratt u r-risposta tal-immigranti li kienu diġà salvaw. Dawn qalu li kienu kuntenti bl-azzjoni tal-għaqda biex tmur issalva lil ‘ħuthom’.

Is-Sea-Watch vessel 3 baqa’ mingħajr port sigur għat-32 persuna li kien salva s-Sibt li għadda. It-Tlieta, l-għaqda appellat lill-Ewropa biex terfa’ responsabbilità wara li ħames stati membri inkluż Malta rrifjutaw milli joffru port għall-bastiment.

L-għaqda mhux governattiva Sea Watch appellat lil Malta, l-Italja, Spanja, l-Olanda u l-Ġermanja biex juru ħniena mat-32 immigrant li salva l-bastiment Sea-Watch 3.

Tista’ taqra rapport sħiħ minn hawn.