Il-bastiment li nkalja f’Mauritius jinqasam fi tnejn

Il-bulk carrier Ġappuniż li wara inċident ħarġu minnu u tferrxu fil-baħar tunnellati kbar ta’ żejt, issa jidher li nqasam fi tnejn. Dan ħabbruh l-awtoritajiet tal-pajjiż.

Fil-25 ta’ Lulju, dan il-bastiment inkalja ma’ sikek tal-qroll fl-Oċean Indjan. Dan kien qed iġorr 4,000 tunnellata ta’ żejt li kkawża emerġenza ambjentali u ekoloġika. Filwaqt li l-maġġoranza taż-żejt issa tneħħa mill-baħar, l-awtoritajiet qalu li nhar is-Sibt, il-kundizzjonijiet tal-bastiment iggravaw.

Mauritius huwa magħruf għas-sikek tal-qroll tiegħu u huwa wkoll distinazzjoni turistika popolari ħafna.