Ritratti: Il-Barunessa tixxandar illejla

L-10 puntata mis-sensiela Aenigma li se jixxandar illejla fil-11.30pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315 jinkludi s-sehem ta’ bosta atturi magħrufa bħal Karmen Azzopardi, Mario Micallef, Michael Tabone, Veronica Farrugia, Michael Sciortino u Ray Abdilla fost oħrajn.

Il-Barunessa jkollha 99 sena u tkun dejjem kważi waslet fl-aħħar ta’ ħajjitha, imma dejjem fl-aħħar naqra, waqt li kulħadd qed jistenniha tmut minn ħin għal ieħor, tispiċċa terġa tieħu saħħitha lura. L-impjegati tagħha u anke n-neputija, jkunu jridu li din tmut għal raġuni waħda biss.

X’inhi r-raġuni? U x’jiġri din id-darba li anke t-tabib Grech, li dejjem ħadmu bih, jgħidilhom li l-Barunessa ma fadlilhiex ħajja? Veru li ser tmut? Jew le?

Dan l-istaġun ta’ Aenigma għandu b’kollox 12-il puntata.