Il-Barilla se tikkompeti lin-Nutella f’Jannar?

Il-kumpanija Taljana Barilla jidher li qed tippjana li toħroġ prodott ġdid taċ-ċikkulata li qed jitbassar se jkun kompetitur kbir tal-prodott Nutella tal-kumpanija Ferrero.

Barilla hija mmexxija minn familja u hija l-aktar magħrufa għall-prodotti tal-għaġin u z-zalza. Madankollu Reuters qed jirrappurtaw sorsi li qed jgħidu li hemm ċans li sa Jannar li ġej jibdew jikkompetu wkoll bi prodott taċ-ċikkulata kważi identiku għan-Nutella, iżda bl-isem ta’ Crema Pan di Stelle.

Skont is-sorsi ta’ Reuters, Barilla se tkun qed tieħu waħda minn nuqqasijiet tan-Nutella, li hija l-użu taż-żejt tal-palma. Minflok, ir-riċetta tal-Barilla se tkun qed tagħmel l-użu taż-żejt tal-fjura tax-xemx, kif ukoll 10% inqas zokkor.