Il-Barbaġann jingħata ċans ieħor

L-Awtorità tal-Ippjanar tat il-permess biex tkun installata struttura temporanja fil-Buskett bħala parti minn proġett ta’ konservazzjoni.
L-għan tal-proġett huwa li jiġu installati tliet gaġeġ biex titkattar ir-razza tal-Barbaġann u jerġa’ jibda jitgawda fl-ambjent Malti.
Il-gaġeġ se jitpoġġew ħdejn razzett tas-seklu sbatax, mibni fi żmien il-Gran Mastru Lascaris u skedat bħala Grad 1.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar tispjega kif l-ambjent tal-Buskett u l-fatt li huwa protett, jagħmilha aktar faċli għar-razza tal-Barbaġann titkattar.
Din ir-razza hija waħda protetta kemm f’Malta u anke fl-Unjoni Ewropea u hija magħrufa għall-kaċċa matul il-lejl.
Skont il-permess, l-istrutturi jridu jkunu tneħħew fi żmien ħames snin.