Il-Bank of Valletta jniedi skema speċjali tal-BOV Education Loan

Il-Bank of Valletta, b’kollaborazzjoni ma’ Saint Martin’s Institute of Higher Education, qed jintroduċi skema speċjali tal-BOV Education Loan maħsuba biex tgħin lill-istudenti jiffinanzjaw il-korsijiet tagħhom fil-livell ta’ diploma u livelli ogħla offruta mill-Università ta’ Londra f’Malta permezz tas-Saint Martin’s Institute of Higher Education.
Wieħed se jkun jista’ jissellef sa massimu ta’ €15,000 taħt din l-iskema, u dan il-finanzjament jista’ jitħallas lura fuq terminu ta’ 5 snin apparti perjodu ta’ moratorju sa 4 snin, skont it-tul tal-kors. 
L-applikanti li huma eliġibbli, se jibbenefikaw minn skont fuq ir-rati tal-interessi kif ukoll se jiffrankaw it-tariffa fuq l-ipproċessar tas-self.  Barra minn hekk, ladarba jiggradwaw u jkollhom impjieg produttiv, l-istudenti jkunu jistgħu jieħdu lura sa 70% mit-tariffi li jkunu ħallsu fi kreditu tat-taxxa. 
Din l-iskema speċjali hija miftuħa għal studenti part-time li huma impjegati fuq bażi full-time kif ukoll studenti full-time li għad m’għandhomx impjieg.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.