Il-Bank of Valletta jħabbar bidliet fir-rati tal-imgħax fuq id-depożiti

Read in English.

Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti li se jkun qed ibiddel ir-rati tal-imgħax fuq kontijiet ta’ despożitu.

Ir-rati l-ġodda se japplikaw għad-depożiti fissi miftuħa jew imġedda mit-3 ta’ Diċembru 2019; ir-rati tal-imgħax fuq depożiti fissi eżistenti jibqgħu validi sakemm jimmaturaw. Ir-rati tal-imgħax fuq kontijiet oħra ta’ depożitu se jinbidlu b’effett mit-3 ta’ Frar 2020.

Il-Bank of Valletta żamm l-istess rati tal-imgħax għal dawn l-aħħar sentejn. Minkejja li żdiedu r-rati negattivi fuq id-depożiti, il-Bank għażel li jassorbi ħafna mill-impatt tal-ispejjeż ta’ dawn ir-rati minflok ma għaddihom lill-klijenti kollha tiegħu.

Ir-rati tal-imgħax riveduti jistgħu jinstabu fuq il-website tal-Bank of Valletta.

Dan il-kontenut huwa mwssal mill-Bank of Valletta