Il-Bank of Valletta jbigħ l-ishma tiegħu fil-MIDI plc

Il-Bank of Valletta ħabbar li biegħ l-ishma tiegħu fil-MIDI plc.
Fi stqarrija l-Bank qal li dan sar f'konformità mal-istrateġija tiegħu biex jitnaqqas l-esponiment għall-investimenti f’ekwità u proprjetà.
Intant intraprenditarju Ingliż xtara 9% tal-ishma ta’ MIDI, l-iżviluppaturi ta’ Tigne Point u Manoel Island.
Dan hekk kif huwa xtara aktar minn 19-il miljun ishma ordinarji fil-kumpanija.