Il-Bank of Valletta jaġġorna r-rekords tal-klijenti

Read in English.

Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti tiegħu li matul ix-xhur li ġejjin, se jkun qed jitlob dokumentazzjoni aġġornata biex jiżgura li l-informazzjoni kollha tal-klijenti tkun kompluta u aġġornata. Dan l-eżerċizzju jifforma parti mill-programm olistiku ta’ trasformazzjoni tal-BOV li hu mifrux fuq sentejn.

Il-Bank qiegħed ġentilment jitlob il-kooperazzjoni tal-klijenti tiegħu, primarjament biex jibgħatu l-informazzjoni korretta u kompluta fiż-żmien stipulat skont l-ittri li se jirċievu mill-Bank. Il-Bank jifhem li dan jista’ jikkawża inkonvenjent u għaldaqstant biex jagħmel il-proċess kemm jista’ jkun sempliċi, se jiġu pprovduti envelops bl-indirizz stampat lest li permezz tagħhom il-klijenti jistgħu jibagħtu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

Ġie stabbilit helpdesk speċifikament biex jgħin lill-klijenti b’rabta ma’ dan il-proġett.  Dan jista’ jsir kuntatt miegħu fuq +356 2275 5200 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4pm) jew permezz ta’ imejl fuq rfideskgozo@bov.com.  Iktar informazzjoni tinsab fuq https://www.bov.com/Faq/bov-rfi.