Il-Bank HSBC Malta jgħaqqad lin-negozji mal-Ewropa u lil hinn

Shane Hunter, founder and CEO at AquaBioTech Group

Read in English.

Il-Bank HSBC Malta ilu jappoġġja lill-kumpanija AquaBioTech Group sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, kważi 25 sena ilu. Matul l-aħħar kwart ta’ seklu, il-kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza fil-konsulenza, ittestjar u żvilupp tal-akkwakultura, sajd u ambjent akkwatiku kibret f’organizzazzjoni multinazzjonali li taqdi lill-klijenti f’aktar minn ħamsin pajjiż differenti madwar id-dinja kollha.

Bħala parti mill-appoġġ għat-tkabbir ta’ AquaBioTech Group, il-bank ipprovda lin-negozju aċċess għas-soluzzjonijiet uniċi tiegħu ta’ finanzi għall-kummerċ, fosthom billi ta appoġġ finanzjarju b’mod strutturat. It-tim ta’ Global Trade and Receivables Finance ta’ HSBC żviluppa soluzzjoni ta’ finanzjament adattat speċifikament għar-rekwiżiti kummerċjali ta’ AquaBioTech Group, b’enfasi fuq il-finanzjament tal-Importazzjoni u l-Esportazzjoni u l-finanzjament tal-proġetti. Il-bank ipprovda wkoll faċilità ta’ finanzjament riċevibbli li tejjeb il-likwidità u l-protezzjoni tal-kreditu u ta’ lill-kumpanija l-abbiltà li twettaq negozju kullimkien filwaqt li tipproteġi mill-impatt tal-ħlasijiet tard u tad-djun ħżiena.

Stefan Bonello, il-Maniġer tar-Relazzjonijiet ta’ HSBC għall-AquaBioTech Group ikkummenta: “Il-kumpanija kellha potenzjal kbir sa mill-bidu nett iżda kellha bżonn tibni l-bażi tal-ekwità u l-assi tagħha. F’dan ix-xenarju, kien ċar li l-finanzjament tradizzjonali ma kienx jissodisfa il-ħtiġijiet tal-klijent u għalhekk użajna s-soluzzjonijiet tal-finanzi tal-kummerċ ta’ HSBC biex flimkien nippjanaw triq ‘il quddiem. Dawn is-soluzzjonijiet ippermettew lill-klijent tagħna jaħtaf opportunitajiet ġodda u stajna nappoġġjaw l-istrateġija ambizzjuża ta’ tkabbir tal-grupp. “

Shane Hunter, fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ AquaBioTech Group, qal: “Li tkabbar negozju fuq skala internazzjonali huwa, ovvjament, ta’ sfida kbira. Matul is-snin bnejna l-kapaċità u l-esperjenza, kif ukoll reputazzjoni b’saħħitha, biex inkunu nistgħu nagħmlu offerti għal proġetti globali tal-akkwakultura. Imma l-ikbar sfida tagħna waslet meta bdejna nirbħu bosta kuntratti u f’dak il-mument l-appoġġ finanzjarju mill-HSBC kien utli ħafna.”

AquaBioTech Group issa hi kumpanija b’saħħitha u rikonoxxuta globalment fl-industrija tal-akkwakultura. Bħalissa, l-akbar diviżjoni tal-kumpanija toffri kapaċitajiet ta’ disinn u inġinerija għall-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta’ rziezet tal-ħut ibbażati fuq l-art u mgħammra b’teknoloġija avvanżata madwar id-dinja. Madankollu, għadha qed tfittex li tiżviluppa swieq ġodda u tantiċipa tkabbir qawwi fis-snin li ġejjin hekk kif tkompli tibni l-kapaċità.

Kumpaniji bbażati f’Malta li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar kif HSBC Malta tista’ tappoġġja t-tkabbir internazzjonali tagħhom permezz tal-preżenza internazzjonali tal-bank huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Maniġer tar-Relazzjonijiet tagħhom biex jiddiskutu l-firxa ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament tal-kummerċ disponibbli jew iżuru www.business.hsbc.com.mt

Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta plc.