Il-Bank APS jissaħħaħ b’ħatriet ġodda

Il-Bank APS qiegħed ikompli jsaħħaħ it-tim tal-maniġment tiegħu bil-ħatra ta' żewġ kapijiet għall-funzjonijiet ta’ Asset-Liability Management u Compliance rispettivament. 
Marvin Farrugia, il-Kap ġdid tad-dipartiment tal-Asset-Liability Management, ingħaqad mal-APS Bank fl-2005 bħala Senior Manager Treasury wara karriera fil-Bank Ċentrali ta' Malta. Huwa kellu diversi rwoli fil-Wealth Management, Treasury u Asset Liability Management. Marvin kiseb Master of Science in Finance mill-Università ta' Leicester u huwa accountant pubbliku ċċertifikat.
Joseph Farrugia, il-Kap ġdid tal-Compliance, ingħaqad mal-Bank APS fl-2016 bħala Senior Compliance Officer wara karriera bankarja ta' 34 sena, li l-aħħar 13 minnhom kienu f'pożizzjonijiet għolja f'HSBC Bank Malta plc. Huwa għandu Diploma miċ-Chartered Insurance Institute Diploma in Financial Services Operations and Compliance.
Fil-Bank APS ġew imħabbra wkoll in-nomini għal żewġ pożizzjonijiet li għadhom kif ġew maħluqa fid-dipartimenti tar-Risk and Asset-Liability Management
Rodney Naudi, il-maniġer ġdid fid-dipartiment tal-Business Continuity and Cyber Risk, iggradwa fil-Matematika u l-Kompjuter mill-Università ta' Malta u kiseb Masters in Advanced Engineering Software mill-Università ta' Sheffield. Il-karriera tiegħu tifrex fuq 20 sena, li l-biċċa l-kbira minnhom qattagħhom fil-MITA fid-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Informazzjoni. Huwa wkoll Lettur fl-Università ta' Malta.
Matthew Sammut, is-Syndicated Loans Manager, huwa wkoll Chartered Financial Analyst (CFA) li kiseb B.B.A. fil-Finanzi minn Baruch College u B.Sc. fl-Arkitettura minn Cuny City Tech College fl-Amerika. Sussegwentement, huwa kellu pożizzjonijiet bħala analista ta' kreditu mal-Sumitomo Mitsui Banking Corporation u BNP Paribas fi New York b'esperjenza li tkopri l-finanzi tal-kummerċ, self ta' rendiment għoli u korporazzjonijiet ta' grad ta' investiment.

Marcel Cassar, is-CEO tal-APS Bank qal f’kumment qasir li, “Il-ħatriet ta' Marvin, Joseph, Rodney u Matthew huma importanti għat-tisħiħ tal-organizzazzjoni tagħna. Huma jġibu t-talent u l-esperjenza fl-oqsma rispettivi tagħhom u ninsabu kunfidenti bil-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-Bank”.