Il-Bank APS jisponsorja l-premju taż-Żagħżugħ tas-Sena għall-Fondazzjoni Agara

Għal darb’oħra, il-Bank APS sponsorja l-premju Żagħżugħ tas-Sena li ġie ppreżentat mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca lill-Fondazzjoni Agara aktar kmieni dan ix-xahar mill-Moviment Kerygma.

Fuq il-mezzi soċjali, il-President irringrazzjathom talli permezz tal-ħidma tagħhom, tejbu l-ħajja ta’ diversi komunitajiet madwar id-dinja. “Tassew kburija bikom”, żiedet tgħid.

Għaldaqstant, il-Bank APS ħass li hu wkoll għandu juri l-apprezzament lejn din il-kawża ġusta. Il-Head of Strategy & Marketing tal-Bank Hervé Delpech, fakkar ukoll kif il-bank huwa impenjat li jħeġġeġ aktar il-volontarjat li wara kollox isaħħaħ u jispira aktar individwi sabiex is-soċjetà tkun aħjar. 

Il-Fondazzjoni Agara twaqqfet minn żewġ voluntiera wara li qasmu esperjenza fl-Etjopja fl-2013. Dawn bdew billi jiġbru laptops użati u jirrestawrawhom sabiex jiġu użati f’pajjiżi bħall-Kenja, l-Etjopja u l-Libanu fost oħrajn, biex tkun tista' tiġi mgħallma t-teknoloġija. 
L-isem ‘Agara’ jfisser nimxu l-quddiem flimkien bl-Etjopjan.

Is-sajf li għadda, voluntiera ta' din il-fondazzjoni, kienu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta' blogg fuq Newsbook.com.mt