Il-Bank APS jappoġġja diskussjoni dwar il-konsulenza intraprenditorjali

Il-Bank APS huwa onorat li qiegħed jappoġġja lil Ascend Consulting, l-organizzatur ta' diskussjoni dwar l-isfidi fl-entrepreneurial mentoring.  
Id-diskussjoni bl-isem Entrepreneurial Mentoring: Local experiences and needs, hija parti minn Startup Week 2018, inizjattiva appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea li ssir madwar l-Ewropa kollha. 
Startup Week huwa mezz biex pajjiż juri l-aqwa inizjattivi reġjonali assoċjati mal-konsulenza għal individwi li għandhom f’moħħom in-negozju, sabiex isiru jafu nies fl-istess qasam. 
Minbarra l-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju fost l-imprendituri attwali u potenzjali, permezz ta' din il-kollaborazzjoni l-APS jittama li jkompli jkabbar l-għarfien dwar l-għadd dejjem jikber ta' intraprendituri nisa.
Stephanie Attard, waħda mill-maniġers tal-Commercial Business Unit tal-Bank, se tkun kelliema fl-avveniment.
Dan l-avveniment se jsir għada l-Erbgħa fit-3pm, fiċ-Ċentru tad-Data MITA f'Santa Venera. Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas, iżda r-reġistrazzjoni hija meħtieġa permezz ta' dan il-link.