Il-bank APS isir Public Limited Company

Il-bank APS ħabbar li minn ‘limited liability company’ (Ltd) sar ‘public limited company’ (plc).

Fi stqarrija, l-APS qal li waqt l-AGM tal-2018, id-data tal-1 ta’ April tal-2019 kienet intgħażlet biex dan isir. Din il-bidla mhux se tkun qed taffettwa l-operat tal-Bank.

Il-Kap Eżekuttiv tal-bank Marcel Cassar qal li din il-konverżjoni hija pass ieħor fil-vjaġġ tal-Bank li jwitti t-triq għall-futur tal-iżvilupp tal-bażi kapitali.