“Il-banek jagħmluha diffiċli biex ħaddiema barranin ikollhom kont”

Parliamentary Secretary for Financial Services, Digital Economy and Innovation, Silvio Schembri launches the Fast Track initiative Marina Valletta Waterfront

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-banek Maltin qed jagħmula diffiċli biex ħaddiema barranin jiftħu kontijiet bankarji.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplementari tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, Schembri qal li ħaddiema barranin speċjalment dawk li jaħdmu fil-gaming qed isibuha diffiċli biex saħansitra jiftħu kont fejn tidħol il-paga.

Huwa qal li dan mhux aċċettabbli għax imur kontra numru ta’ direttivi tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li stqarr li l-Gvern ma jridx ikun kostrett li jieħu l-liġi b’idejh.