Il-banek f’Ċipru mistennija jerġgħu jiftħu llum

Il-banek f’Ċipru mistennija jerġgħu jiftħu llum, propju għaxar t’ijiem wara li l-banek għalqu. Dan wara li kien negozjat ftehim ta’ self mill-Unjoni Ewropeja. Kien rappurtat ukoll li aktar kmieni, l-kap tal-bank ta’ Ċipru tkeċċa mill-kariga.

Il-Gvern Ċiprijott qal li l-banek mistennija jiftħu bejn nofsinhar u s-sitta ta’ filgħaxija, bil-klijenti mhux se jitħallew jiġbdu iktar minn €300 kuljum, bil-għan li l-poplu Ċiprijott ma jiġbidx flusu kollu. Il-Ministru tal-Finanzi tal-istess pajjiż ħabbar ukoll li ċ-ċekkijiet mhux se jkunu qed jiġu msarrfa.