Il-bandu tal-Imnarja se jinqara nhar is-Sibt

Bħal kull sena, il-festi tal-Imnarja ta’ din is-sena se jitħabbru permezz tal-bandu li se jinqara fil-Belt Valletta u fir-Rabat u l-Imdina nhar is-Sibt li ġej.
Il-bandu se jinqara fid-9.15am minn Pjazza San Ġorġ għal Triq ir-Repubblika u t-toroq tal-Belt.
Fil-qari tal-bandu jingħataw id-dettalji tal-festi kollha fil-Buskett nhar il-Ħadd u t-Tnejn 28 u 29 ta’ Ġunju, kif ukoll dwar it-tiġrijiet tal-bhejjem fil-festi tal-Imnarja.
L-attività se ssir mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-Malta Racing Club, is-Soċjetà Agararja, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja.