Il-bandiera Maltija ma’ gallarija fiċ-ċentru ta’ Ruma bħala sapport lit-tim Malti

Milli jidher id-deni ta’ qabel il-logħba bejn Malta u l-Italja mhux qiegħed biss fost il-Maltin li jgħixu hawnhekk. Imma qed jinħass ħafna anke barra minn Malta, l-iktar fl-Italja.

F’gallarija fiċ-ċentru ta’ Ruma sa minn dalgħodu kien hemm imbdendla bandiera ta’ Malta bħala sapport għat-tim nazzjonali Malti tal-futbol.

Fr Reno Muscat OP, li bħalissa qed jistudja f’Ruma, tella’ ir-ritratt tal-bandiera Maltija fuq facebook u kiteb “Jekk illum xi Malti tella’ il-bandiera Taljana fuq il-bejt tiegħu, jien waħħalt il-bandiera Maltija mat-tieqa ta’ kamarti fiċ-ċentru ta’ Ruma bħala rikompensa. Ikun xi jkun xorta ngħidu FORZA MALTA.

Minn wara s-sitta ta’ filgħaxija ’l quddiem ħafna bnadar u flokkijiet ta’ Malta, uċuħ miżbugħa bl-aħmar u bl-abjad, u ħsejjes tal-ħornijiet iddominaw it-toroq Maltin bi preparazzjoni għall-partitissima.