Il-bandiera Maltija f’filmat tal-ISIS – Malta “f’koalizzjoni globali” kontrihom

L-Istat Iżlamiku ppubblika filmat tal-waħx ġdid, fejn fost oħrajn tispikka l-preżenza tal-bandiera Maltija.
Fil-filmat, li hu bl-Ingliż, jinstema’ leħen raġel jakkuża lil diversi pajjiżi li jiffurmaw parti minn koalizzjoni globali li qed taħdem kontrihom.
Fil-filmat jidhru 60 bandiera ta’ pajjiżi differenti, li kollha qegħdin f’din il-koalizzjoni.