Il-Banda Kristu Re b’kunċert f’jum il-festa liturġika

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej tiġi ċċelebrata l-festa liturġika ta’ Kristu Re.
Għal din l-okkażżjoni u l-25 Anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Partitarji De Paule, il-Banda Kristu Re tas-Soċjetà Filarmonika de Paule ta’ Raħal Ġdid se ttella’ l-Kunċert Annwali fis-Sala Sir Temi Zammit fit-teatru tal-Università ta’ Malta fis-7 ta’ filgħaxija.
Fost ix-xogħolijiet mużikali li se jindaqqu insibu l-marcia sinfonika Shoulder to Shoulder tal-Ex-surmast tal-Banda Kristu Re Mro Joseph Stivala.
Din il-mużika għandha tema nazzjonali bl-insiġ tal-Innu Malti u l-God Save The Queen u se tindaqq fl-okkażżjoni taż-żjara tar-reġina Eliżabetta f’Malta.
Id-dħul b’xejn għal dan il-kunċert.