Il-bajja ta’ Ħondoq tistenna l-verdett finali

Qala Ħondoq old plan

Read in English.

Il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex qed tistenna l-verdett finali issa li qed jasal fi tmiemu l-appell tal-applikazzjoni għal marina tal-jottijiet u żvilupp urban kbir.

Il-Kunsill Lokali tal-Qala kien rappreżentat mis-Sindku Paul Buttigieg u mill-Avukata Dr Claire Bonello. Tressqu diversi argumenti għaliex dan il-proġett m’għandux iseħħ.

Il-Bord tal-Ippjanar kien unanimament irrifjuta l-applikazzjoni biex issir marina li iċċaħħad lill-għawwiema minn din il-bajja. Madankollu, l-applikant appella din id-deċiżjoni.

Is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg qal li beħsiebhom ikomplu jiddefendu lill-Ħondoq u lill-Qala minn proġetti bħal dawn.