Il-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin titnaddaf mill-YMCA

Il-YMCA Malta organizzat ġimgħa ta’ tagħrif ambjentali lill-grupp ta’ 18-il żgħażugħ u żagħżugħa minn Malta, minn Franza u mill-Ġermanja u l-qofol ta’ din l-attività ntlaħaq b’tindifa ta’ qiegħ il-baħar fi Xrobb l-Għaġin limiti ta’ Marsaxlokk.

L-għan ta’ din l-attività skont il-YMCA, kien li ż-żgħażagħ jingħataw esperjenza prattika tal-proċess li fih jitħejja l-ikel bnin u sostenibbli.

Is-sostenibbilità kienet enfasizzata bil-“Personification of Waste through Dance” li kienet it-tema li fiha Ivanna Haag, artista ta’ prestazzjoni indipendenti, iggwidat lill-parteċipanti biex jaslu għal personifikazzjoni tal-iskart permezz taż-żfin.

L-iskart li nġabar mill-baħar intuża biex jinħolqu forom artistiċi permezz tal-kreattività tal-parteċipanti.