“Il-Bajja ta-Balluta se tagħmel sajf bit-terrapien” – Cassola

Il-Bajja tal-Balluta se tagħmel sajf mimlija bit-terrapien tal-kostruzzjoni hekk kif l-ERA waqqfet ix-xogħlijiet temporanjament.

Fi stqarrija l-Prof. Arnold Cassola qal li għamel kuntatt mal-ERA fejn ġie kkonfermat lix-xogħlijiet ġew imwaqqfa b’mod temporanju diversi drabi wara li l-kuntrattur ma rnexxielux jassigura s-sit milli jikkontamina l-bajja f’diversi ċirkustanzi, inkluż maltemp.

Cassola qal li s’issa l-kuntrattur ingħata total ta’ €4,750 f’multi minħabba incidenti passati. Sostna li bażikament dan ifisser li jekk ix-xogħol se jitwaqqaf għas-sajf, il-bajja se tagħmel sajf sħiħ mimlija terrapien u jirrovina l-esperjenza tal-mijiet ta’ għawwiema li jħobbu jgħumu fil-bajja tal-Balluta.

Ritratti: Arnold Cassola