Il-bajja faċċata ta’ Triq il-Wilġa f’San Ġiljan issa tajba għall-għawm

Read in English.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħabbar li l-bajja faċċata ta’ Triq il-Wilġa f’San Ġiljan issa hija tajba għall-għawm.

Fi stqarrija ġie spjegat li dan propju wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar matul l-aħħar jiem minn din iż-żona tal-għawm. Għaldaqstant, dan ir-riżultat wassal għall-irtirar tal-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, tista’ ċċempel lis-Servizz tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 mit-8am sas-2.30pm. Inkella tista’ tibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Jekk tixtieq iċċempel barra l-ħinijiet tal-uffiċċju, tista’ tagħmel dan fuq is-sistema awtomatika 21827146 jew fuq il-mobile għal Malta 79509918 u għal Għawdex 79509919.